Issa li nafu li wara l-mewt ta’ żagħżugħa li kienet priġuniera f’Kordin, il-Pulizija se jressqu żewġ uffiċjali tal-Ħabs b’akkużi ta’ qtil involontarju, u wara dak kollu li smajna, dak li qalu eks ħabsin, u dak li ħareġ fil-media fl-aħħar xhur, huma ħafna l-mistoqsijiet ovvji là i jiġuk dwar il-Faċilità Korrettiva ta’ Kordin.
Id-Dekan tal-Fakultà għall-Benesseri tas-Soċjetà, fl-Università ta’ Malta, Andrew Azzopardi, permezz ta’ post fuq Facebook għamel din il-lista ta’ mistoqsijiet:
Fatt:Missier (timesofmalta.com) jgħid li fl-awtopsja apparti l-mewt b’ suwiċidju, jinstabu ukoll kustilji miksurin – min jaf kieku kienet bintek?
Fatt: 13 -il persuni jmutu meta qegħdin fil-kura tal-Corradino Correctional Agency – xi wħud minnhom suwiċidji oħrajn għadna m’għandniex għarfien x’ġara u x’ ma ġarax eżatt…
Fatt: Jitressqu 2 gwardjani b’ akkużi serji…
Fatt: L-użu ta’ siġġu ta’ restrizzjoni użat mhux kif ippruvaw jbellgħulna għall-ewwel…
Fatt: L-uzu insensat u abbużiv tar-reklużjoni (solitary confinement)…
Fatt: Imġieba preferenzjali mhux spjegata…
Fatt: Nuqqas ta’ xogħol u programmi edukattivi…
Fatt: Reċidiviżmu għoli…
Fatt: Propaganda qarrieqa fuq TVM (qbadnihom) biex turi b’ mod qarrieqi x’ qed jiġri hemm ġew…
Fatt: Inċidenza għolja fil-Ħabs ta’ familji li għaddew l-kriminalita’ minn ġenerazzjoni għall-oħra…
Fatt: Sodda fejn persuna/i jintrabtu fuqha…
Fatt: Ħabs sovrapopolat, ċellel mifqugħin bin-nies…
Fatt: Diviżjoni sħiħa (mhux is-6) li l-priġunieri jingħalqu fiha għal 16 -il siegħa mingħajr xejn x’ jagħmlu fiċ-ċella…
Fatt: Ċaqlieq ta’ priġunieri minn diviżjoni għall-oħra mingħajr protokolli ċari…
Fatt: Nies iridu jistudjaw u ma jitħallewx għall-ebda raġuni spjegabbli…
Fatt: Sħana, kondizzjonijiet inumani…
Fatt: Ħafna miċ-ċelel mingħajr mezzi sanitarji adegwati…
Fatt: Nies li mhux jingħataw programm ta’ droga…
Fatt: Narrattiva wara l-oħra ta’ familji u ex-priġunieri ta’ dak li għaddew minnu…
Fatt: 50 entita’ jitolbu riforma fil-Ħabs…
Fatt: NGOs li ma kinux qed jitħallew jidħlu fil-Ħabs…
Fatt: Taħriġ li mhux isir fl-akkademija tal-korpi kif mitlub mil-liġi…
Fatt: Mudell militarizzat li m’għadux validu…
Fatt: Nuqqas t’attivita’ proattiva (xogħol, edukazzjoni) ħlief għal xi wħud…
Fatt: Nies joħorġu mill-Ħabs mingĦajr ma jkunu riformati…
Wara dawn il-mistoqsijiiet kollha, Azzopardi jistaqsi: “Azzjoni?”
