Coronavirus Lokali Saħħa

“Il-pandemija qatgħet il-b******t” – Chris Fearne

L-attivitajiet tal-Labour diġa' bdew fuq sieq ħażina

Ftit tal-ħin ilu id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne stqarr li l-pandemija, skont hu, “għamlet xi ħaġa fil-mod kif naħsbu u fil-mod kif nagħmlu il-politika”. U kompla billi qal li l-istess pandemija qatgħet dak li bl-Ingliż jużaw kelma li tibda bil-“b” u tispiċċa bit-“t”.

Chris Fearne sostna dan il-kliem meta dalgħodu indirizza business breakfast organizzat mill-Partit Laburista.

Il-Ministru tas-Saħħa attakka wkoll lill-Gvernijiet li ħadu d-deċiżjonijiet tagħhom “mill-opinjoni prevalenti fuq Facebook”. Dan meta kien hu stess li din il-ġimgħa kien reattiv għas-social media fuq il-kontroversja tal-kwarantina fil-lukandi.