Futbol Sport

Il-partitarji ta’ Man City diżappuntati bil-kummenti ta’ Guardiola

Il-partitarji ta’ Man City jinsabu diżappuntati għall-kummenti li għadda l-kowċ tagħhom Pep Guardiola wara r-rebħa ta’ 6-3 kontra RB Leipzig fil-UEFA Champions League. Wara l-partita, Guardiola ħeġġeġ lill-partitarji ta’ Man City biex jattendu għall-partita tas-Sibt kontra Southampton, sabiex jagħtu s-sapport tagħhom lit-tim. Fil-partita ta’ nhar l-Erbgħa, kien evidenti n-nuqqas ta’ partitarji li attendew għall-partita, b’numru ta’ siġġijiet jibqgħu vojta.

Madanakollu, b’reazzjoni għal dan, is-segretarju ġenerali tal-Man City Supporters’ Club, Kevin Parker, qal li dawn il-kummenti huma diżappuntanti, għaliex ma jikkunsidrawx id-diffikultajiet li jaffaċjaw il-partitarji biex jattendu għall-partiti. Parker qal li huwa diffiċli għall-partitarji li huma ġenituri biex jattendu partita nhar ta’ Erbgħa fit-8.00pm, apparti l-problemi li jaffaċjaw xi partitarji minħabba l-Covid 19.