Lokali

Ilejla l-finali tal-KKI Junior

Ilejla, jinfetaħ is-separju fuq il-Konkors Kanzunetta Indipedenza 2021 bil-finali tal-KKI Junior.

Minħabba l-COVID-19, il-festival se jkun qed isir bħala programm televiżiv mit-Teatru tad-Dar Ċentrali u se jixxandar dirett fuq Net Television fid-20:45.

Biex jinterpretaw l-20 kanzunetta finalista se jkun hemm 21 kantant u kantanta peress li hemm ukoll dwett kompost minn żewġ tfajliet. Dan filwaqt li hemm 16 il-tifla u 3 subien.

Għal dik li hi kartolina, kull kantant u kantanta ġie abbinat ma’ xi suġġett relatat mal-ambjent.

Il-Kumitat organizzattiv hu mmexxi minn Robert Cutajar megħjun, fost oħrajn, minn Marco Calleja bħala direttur artistiku.

Mark Azzopardi u Michela Dalli li se jippreżentaw is-serata.