Ambjent Lokali

Il-Konferenza Nazzjonali tal-PN dwar it-tibdil fil-klima għad-29 ta’ Settembru

Il-PN kommess li jpoġġi l-kwestjoni tat-tibdil fil-klima fuq nett tal-aġenda politika tiegħu u qed ikompli jistieden lill-pubbliku jkun parti minn din il-ħidma u dan l-impenn.

Dan kien il-messaġġ ewlieni li ħareġ minn konferenza tal-aħbarijiet indirizzata mis-Segretarju Ġenerali ta-Partit Nazzjonalista Michael Piccinino, u l-Kandidata tal-Partit Nazzjonalista Janice Chetcuti bħala parti mill-kampanja Kun il-Bidla.

Michael Piccinino ħabbar li l-PN se jkun qed iniedi l-konferenza nazzjonali dwar l-ambjent nhar l-Erbgħa 29 ta’ Settembru. Konferenza li se tkun qed tindirzza temi bħall-kostruzzjoni, il-mobilita… is-sostenibilita u l-enerġija fost l-oħrajn.

Piccinino spjega li l-PN irid ibiddel il-mod kif issir il-politika billi jagħmilha priorità li jinkludi lill-istakeholders kollha.. u dan billi jżid il-parteċipazzjoni tal-pubbliku.

“AĦNA DIN IL-KONFERENZA L-INTENZJONI KOLLHA HIJA LI DAWK KOLLHA LI JĦOSSUHOM LI  GĦANDHOM GĦAL QALBHOM DAN IS-SETTUR… DAWK KOLLHA LI JAĦSBU LI HEMM BŻONN BIDLA FID-DIREZZJONI F’DAN IS-SETTUR, JINGĦAQDU MAGĦNA ĦALLI JIDDISKUTU MAGĦNA KIF NAĦSBU LI NISTGĦU NIPPROPONU DIN IL-BIDLA.”

Fil-messaġġ tagħha, Janice Chetcuti li qed tmexxi l-l-working group PN Greens, li qed jiffoka l-ħidma tiegħu kompLetament fuq temi ambjentali… qalet li l-preservazzjoni tal-ambjent u l-ħarsien tiegħu hija tema importanti ferm għall-PN u insistiet li għad hemm ħafna xi jsir biex ikunu miġġielda l-effetti tat-tibdil fil-klima f’pajjiżna.

SFORTUNATAMENT BDEJNA NĦOSSU L-EFFETTI TAL-CLIMATE CHANGE… IS-SENA L-OĦRA RAJNA XITWA NIEXFA U LI KOMPLA JŻID ID-DEŻERTIFIKAZZJONI F’PAJJIŻNA

Il-kandidata tal-PM semmiet ftit mill-effetti tal-bidla fil-klima anke f’pajjiżna.. bħal siġar antiki li mietu riżultat ta’ dan … kif ukoll għargħar u maltempati li għamlu ħsara kbira lir-raba u li l-effett tagħhom inħass bin-nuqqas fil-prodotti agrikoli.

Hija spjegat kif qed jinħass ukoll tibdil fit-tempartari ta’ pajjiżna.

F’DAWN L-AĦĦAR SNIN ĠEW IRREKORDJATI TEMPERATURI BEJN 40 GRAD U 44 GRAD U DAN MIN STUDJI JIRRIŻULTA LI F’INQAS MINN 9 SNIN IT-TEMPERATURI F’PAJJIŻNA SE JGĦOLEW B’ŻEWĠ GRADI OĦRA FL-ILMIJIET LI JDAWRUNA

Janice Chetcuti rreferiet ukoll għall-mod kif il-Gvern irid jibqa’ għaddej romblu fuq il-poplu bl-iżviluppi f’Marsaskala u f’Ħondoq ir-Rummien u insistiet li PN Greens qed jaħdem biex jagħti sostenn lill-pubbliku iżda insistiet li jeħtieġ li l-pubbliku jkun parti minn din il-konferenza għax il-politika għall-ġid

Hija sostniet li l-Partit Nazzjonalista qed jaħdem biex verament ikun dejjem aktar qrib tal-poplu billi jisma’ dawk li huma l-kwestjonijiet li l-aktar li qed iħassbuh u billi jfassal politika li tirriffletti l-impenn sħiħ tal-PN  biex kull wieħed u waħda minnha jkun jista’ jgħix f’ambjent aktar san.. ambjent aħjar għalina…. għal uliedna u ulied uliedna.