Lokali

Jitlef ħajtu ġimgħa wara li waqa’ sular minn gallarija

L-Isptar Mater Dei - Mill-Arkivji

Raġel ta’ 59 sena residenti r-Raħal Ġdid sfortunatament tilef ħajtu wara li fl-10 ta’ Settembru waqa’ sular minn gallarija.

L-inċident kien seħħ fi Triq Ġebel Ħanxul f’Wied il-Għajn għall-ħabta tad-21:15.

Il-vittma ingħata l-għajnuna minn tim mediku, ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza u ġie ċċertifikat li sofra ġrieħi serji fejn sfortunatament il-Ġimgħa filgħodu tilef ħajtu.