Lokali

Jittieħed l-isptar wara li baqa’ dieħel fis-siġar

Raġel ta’ 54 sena minn Naxxar ittieħed l-isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku,,

Mill-ewwel informazzjoni li kiseb dan is-sit, ir-raġel baqa’ dieħel fis-siġar li hemm fil-ġenb tat-Triq in-Naxxar, B’Kara.

Ir-raġel kien qed isuq karozza tat-tip VW Bora fid-direzzjoni lejn il-Mosta meta għal xi raġuni spiċċa bejn is-siġar f’din iż-żona.

Huwa ttieħed l-isptar Mater Dei. S’issa l-kundizzjoni tiegħu għadha mhux magħrufa.

Il-Pulizija għadha qed tinvestiga l-każ.