Diversi persuni barranin li jgħixu f’pajjiżna qed jikkunsidraw li jitilqu minn Malta minħabba l-fatt li l-prezzijiet f’Malta żdiedu b’mod li mhux jirnexxilhom ilaħħqu.
Permezz ta’ post fuq fb, kienu diversi dawk li esprimew it-tħassib tagħhom li Malta inbidlet fl-aħħar snin.. minn diversi aspetti iżda l-iktar li spikka kien l-għoli tal-ħajja.
“Wisq wisq għolja – Il-prezzijiet saru tal-biża’. L-affarijiet jiswew 20%-30% iktar f’Malta milli f’pajjiżi oħra fl-Ewropa… stqarret persuna partikolari.
Persuna oħra saħqet “Il-ħajja hija wisq għolja biex toqgħod hawn” u “Il-prezzijiet tal-kera huma m’għola d-dinja”
U apparti li l-barranin qed jaħsbu biex jitilqu… diversi negozji wkoll qed jirrilokaw ruħhom f’pajjiżi oħra.
//= $special ?>