Futbol Sport

Man Utd jnaqqsu d-dejn b’aktar minn £50miljun

Minkejja l-effett finanzjarju negattiv li kellha l-Covid-19 fuq il-clubs Ingliżi Man Utd rnexxielhom jħabbru tnaqqsi fid-dejn tagħhom b’aktar minn £50 miljun. Minkejja li Man Utd, bħal kumplament tat-timijiet fl-Ingilterra lagħbu l-partiti tagħhom mingħajr partitarji, huma rnexxielhom jnaqqsu d-dejn għal £415miljun.

Fl-aħħar riżultati finanzjarji tagħhom Man Utd qalu li d-dħul naqas £14.9miljun fuq is-sena ta’ qabel, bid-dħul fil-ġurnatat tal-logħba jinżel b’92.1% fuq is-sena ta’ qabel, minn £89.8miljun għal £7.1miljun, hekk kif intlagħbet partita waħda biss bil-partitarji. Madanakollu l-pagi żdiedu b’13.6% fuq is-sena ta’ qabel, b’madwar £38.6miljun.