Futbol Sport

Pelé jerġa’ jiddaħħal fl-ITU

Rapporti fil-Brażil qed jindikaw li l-leġġenda tal-futbol Pelé reġa’ ddaħħal fit-taqsima tal-kura intensiva fi sptar f’Sau Paolo, fejn qed ikun rikoverat wara operazzjoni biex jitneħħilu tumur fil-musrana. F’messaġġ fuq il-media soċjali aktar kmieni din il-ġimgħa Pelé qal li qed iħossu aħjar fejn kien inħareġ mill-ITU. Pele’ ilu għall-aħħar snin bi problemi f’saħħtu tant li kien qed isibha diffiċli biex jimxi mingħajr assistenza.