Lokali

Tkompli l-manipulazzjoni tal-PBS mill-Gvern

Il-Gvern qed ikompli jimmanipula u jikkontrolla dak li joħroġ mill-istazzjoni Nazzjoanli. L-aħbarijiet tat-8.00pm fuq il-PBS ta’ kuljum qed ikompli wassal l-aħbarijiet kif qed jiddetta l-Gvern u jirrapporta dak li jorganizzaw Kastilja u l-Ministeri.

L-ewwel għaxar minuti tal-bulettin ewlieni fuq it-Televizjoni hu ddominat b’kontenut li fih jidhru biss l-esponenti tal-Partit Laburista fil-Gvern. Ilbieraħ, l-aħbarijiet mill-press office tal-Gvern ingħataw b’kollox madwar 14 -il minuta, waqt li l-Oppożizzjoni giet kwotata iktar minn tliet darbiet inqas u l-maġġoranza tal-kontenut lejn l-aħħar tal-bulettin.

Filwaqt li l-aħbar ewlenija kienet dik taż-żjara tal-President tal-Kummissjoni Ewropeja b’filmati twal mal-Prim Ministru, il-PBS iddeċieda li jiddedika tliet minuti sħaħ jirrapporta lill-Ministru tal-Intern Byron Camilleri f’żewġ servizzi li matulhom jitkellem hu biss, u mbaghad il-Kap tal-Oppożizzjoni Bernard Grech ingħata inqas minn minuta u nofs dwar dak li stqarr rigward l-ekonomija u x-xogħol fl-Imsida. Iktar minn hekk, il-PBS fl-aħbarijiet tat-8.00pm ħalla għal kollox barra li Kap Nazzjonalistawiegħed li Gvern Nazzjonalista ġdid l-estensjoni tat-taxxa mill-VAT titla’ għal €60,000.

Il-bulettin ħalla kompletamant barra wkoll il-konferenza tal-aħbarijiet li ta l-Partit Nazzjonalista dwar il-Kunsilli Lokali. Il-PBS għaldaqstant naqas li jirrapporta li l-Partit Nazzjonalista jrid li l-Kunsilli Lokali jkollha iktar saħħa mill-ġdid ħaġa li xxejnet taħt Gvern Laburista.

Esperti fix-xandir qalu li dan l-aġir editorjali jikser id-dmir tal-kamra tal-aħbarijiet li tagħti vuċi xierqa lil fehmiet diversi f’pajjiżna.