Futbol Sport

Torino jegħlbu lil Sassuolo b’gowl lejn it-tmiem

(Ritratt: EPA)

Torino kisbu rebħa mportanti ta’ 1-0 fuq Sassuolo biex b’hekk telgħu fid-disa’ post b’sitt punti. Il-gowl uniku tal-partita wasal fit-83 minuta meta minn pass preċiż ta’ Rolando Mandragora kien Marko Pjaca li bil-lemin kkonkluda fil-lasta għal skor finali ta’ 1-0. B’hekk b’din it-telfa Sassuolo niżlu fil-ħdax-il post tal-klassifika b’4 punti.

SERIE A

Illum Sassuolo v Torino 0-1 Għada Genoa v Fiorentina 3.00pm Inter v Bologna 6.00pm, Salernitana v Atalanta 8.45pm Il-Ħadd Empoli v Sampdoria 12.30pm, Venezia v Spezia 3.00pm, Lazio v Cagliari 6.00pm
Verona v Roma 6.00pm, Juventus v Milan 8.45pm