Lokali

Traffiku u frustrazzjoni f’Ħ’Attard u Ħaż-Żebbuġ

It-toroq ta’ madwar iż-żoni ta’ Ħ’Attard u Ħaż-Żebbuġ illum kienu maħnuqa bi traffiku ma jispiċċa qatt u bosta kienu dawk li kkuntattjaw lil dan is-sit biex jesprimu l-frustrazzjoni tagħhom.

Jidher li minħabba devjazzjonijiet li hemm madwar dawn il-lokalitajiet, ħafna sewwieqa spiċċaw iduru u jgħaqdu u jerġgħu isibu ruħhom mili bogħod minn fejn riedu jmorru.

Ħafna sostnew magħna li ċertu xogħolijiet għandhom jitħallew għal bil-lejl sabiex ikun evitat traffiku qawwi bħal dak li nqala’ llum.