Fl-aħħar sigħat instabu 25 każ ġdid tal-Covid-19, bil-każijiet attivi issa huma 617.
Il-Ministeru tas-Saħħa ħabbar ukoll li kien hemm tnaqqis fil-pazjenti li jinsabu fl-isptar Mater Dei, bl-ammont jinżel għal 21, filwaqt li l-pazjenti rikoverati fl-ITU issa huma 3.
L-ammont ta’ persuni li tilfu ħajjithom kawża tal-Covid baqa’ dak ta’ 453.
Bejn il-Ġimgħa u s-Sibt fiequ 51 persuna filwaqt li sa issa ingħataw 4,800 booster tal-vaċċin.
//= $special ?>