Sport Sport Ieħor

Emma Raducanu titkellem dwar l-esperjenza tagħha fl-Open tal-Istati Uniti

(Ritratt: EPA)

F’intervistá mal-midja Ingliża ftit jiem wara li rebħet l-Open tal-Istati Uniti, it-tennista Brittanika Emma Raducanu qalet li għadha ma tistax temmen li rnexxielha tirbaħ l-ewwel Grand Slam fil-karriera tagħha. Raducanu qalet li meta reġat rat l-finali pruvat tiftakar l-emozzjoni li ħasset dak il-ħin.

Fil-finali hi għelbet lil Leylah Fernandez biex b’hekk telgħet fl-ewwel post fir-rankings tat-tennis Brittanċi. It-tennista ta’ 18-il sena qalet ukoll li minkejja l-età tagħha hi ma ħasset l-ebda pressjoni qabel il-partita minkejja li kienet l-akbar partita fil-karriera tagħha.