Lokali

ILLUM: Il-Kap tal-PN Bernard Grech intervistat minn ġurnalist ta’ One News

Il-Ħadd filgħodu jissoktaw l-attivitajiet li qed jorganizza l-Partit Nazzjonalsita b’rabta mal-festi tal-Indipendenza bit-tema Kun il-Bidla.

Fil-11 ta’ filgħodu il-Kap tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech se jkun intervistat mill-ġurnalist tal-ONE Colin Deguara Fuq il-Fosos tal-Furjana. Din se tkun l-ewwel okkażjoni fejn Bernard Grech se jkollu intervista sħiħa minn ġurnalist ta’ One News.

Ta’ min wieħed ifakkar li l-Prim Ministru Robert Abela qatt ma kellu intervista sħiħa minn ġurnalist ta’ Net News.

L-attivitajiet marbuta mal-festi tal-Indipendenza jilħqu l-qofol tagħom nhar it-Tnejn li ġej 20 ta’ Settembru b’diskors mill-Kap tal-Oppożizzjoni u tal-Partit Nazzjonalista Bernard Grech fis-7 ta’ filgħaxija fuq il-Fosos tal-Furjana.

F’dawn l-aħħar jiem Bernard Grech kellu l-okkażjoni li jżur diversi lokalitajiet madwar Malta u Għawdex fejn ħa sehem f’sessjonijiet ta’ Q&A. F’dawn is-sessjonijiet il-pubbliku kellu l-opportunita li jagħmel mistoqsijiet lill-Kap tal-PN dwar diversi temi li jolqtlu lill-poplu Malti u Għawdxi kollu.

Intant il-Ġimgħa filgħaxija Bernard Grech flimkien ma’ martu AnneMarie attendew għall-attività organizzata mill-MŻPN f’Ħal Safi. Matul din l-attivita ż-żgħażagħ waslu l-proposti tagħhom lill-Kap tal-PN fejn tkellmu miegħu wkoll dwar id-diversi sfidi li qed jaffaċċjaw.  F’din l-attività Bernard Grech saħaq fuq kemm huwa important li ż-żgħażagħ jkunu l-preżent tal-Partit Nazzjonalista għax huma wkoll jistgħu jġbidu l-bidla li pajjiżna tant għandu bżonn.