Futbol Sport

Gżira United jaħsdu lil Valletta

(Ritratt: Trevor Sollars)

Matthias Mizzi

Valletta…………..0

Gżira United……2

Valletta: A. Guarnone, R. Camilleri, T. Caruana, J. Arthur, M. Sansone, E. Pena Beltre, I. Curjuric (73’ K. Tulimieri), I. Micallef (46’ S. Dimech), E. Sala, C. Prado (73’ L. Riberio), M. Fontanella

Gżira United: A. Curmi, G. Mentz Bohrer, S. Borg, N. Muscat, S. Pisani, M. Davis (84’ C. Gauci), N. Portelli, M. Maxuell (68’ Y. Messias), T. Espindola de Paula, J. De Assis (89’ E. Mbong), J. Mendoza (89’ J. Mendoza)

Imwissija: 78’ J. Mendosa (GŻR),79’ S. Pisani (GŻR), 90+2’  A. Guarnone (VLT)

Imkeċċija: 64’ E. Pena Beltre (VLT)

Skorjaw: 39’ J. De Assis (GŻR), 76’ T. Espindola (GŻR)

Referee: Ishmael Barbara

Assistenti Referees:  Alan Camilleri & James Muscat

Raba’ Uffiċjal: Emanuel Grech

BOV Plejer tal-Logħba: Jefferson De Assis (GŻR)

Valletta jsofru t-tieni telfa konsekuttiva u tasal l-ewwel rebħa għal Gżira United f’dan l-istaġun.

L-ewwel li marru qrib kienu Gżira United, fejn mal-kwarta logħob xutt mill-bogħod ta’ Jackson Mendoza ħabat mal-mimduda. Proprju ħames minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima Jefferson De Assis fetaħ l-iskor permezz ta’ xutt mill-kaxxa ż-żgħira.

Fit-tieni taqsima l-Gżirjani kienu aktar kawti fid-difiża sakemm fl-64 minuta, Enmy Pena Beltre safa’ mkeċċi wara sinjal mir-raba’ uffiċjal lejn ir-referee inkarigat mil-logħba. Reazzjoni ta’ dan, Gżira United ħatfu l-okkażjoni biex żiedu l-pressjoni fuq l-attakk l-aktar permezz tal-ġirjiet veloċi mis-sostitut Yuri Messias. Gżira komplew jippressaw biex fis-76 minuta Thiago Espindola tela’ b’ġirja veloċi mal-faxxa xellugija biex għeleb lil Guarnone mill-viċin. B’żewġ gowls minn fuq, il-kontrattakki perikolużi ma naqsu xejn fejn saħansitra Gżira kienu wkoll sfortunati li ma għamlux it-tielet gowl.