Wara li l-Prim Ministru Robert Abela ħarab milli jwieġeb mistoqsijiet diretti dwar l-għoli tal-ħajja… issa kien imiss lill-Ministru José Herrera li jgħidilna dwar din il-problema li qed tolqot diversi familjia…. bil-Ministru bħal donnu qed jgħix f’dinja għalih u jgħidilna li l-kostitwenti tiegħu mhux iħossu l-piż tal-għoli tal-ħajja.
“Il-kostitwenti tiegħi qed ikellmuni fuq suġġetti varji, però fid-distrett tiegħi mhux l-aktar suġġett li jitkellmu fuqu.”
Il-verità hi li l-problema tal-għoli tal-ħajja qed tinħass minn bosta, b’aktar ma’ jgħaddu l-ġimgħat aktar qed jikber il-piż fuq diversi individwi u familji li mhux jirnexxilhom ilaħħqu sal-aħħar tax-xahar bil-paga li jaqilgħu, iżda l-Ministru reġa’ qalilna…. li l-għoli tal-ħajja mhux tinħass mill-kostitwenti tiegħu…. u qalilna li forsi mhux iħossu l-prezz tal-ħobż li għola għax in-nies qed jagħmlu d-dieta.
“Sinċerament mhux ikellmuni fuq l-għoli tal-ħajja… forsi għax qed jagħmlu d-dieta mhux qed jieklu ħobż.”
Mistoqsi iżda dwar jekk l-għoli tal-ħajja hux qed tkun diskussa fil-kabinett, qalilna li dak li jingħad fil-kabinett ma tantx iħobb jgħidu.
Stħarriġ tal-MISCO fl-aħħar jiem indika li 86% tan-nies li pparteċipaw saħqu li fl-aħħar 3 snin ..il-ħajja għolitilhom. U 1% biss qalu li l-ħajja raħset. Dan filwaqt li meta ġew mistoqsija x’inhi l-problema ewlenija li qed iħabbtu wiċċhom magħha bhalissa…26% saħqu li hija indubjament l-għoli tal-ħajja.
//= $special ?>