Futbol Sport

Inter b’rebħa kbira

(Ritratt: EPA)

Inter kisbu rebħa kbira ta’ 6-1 fuq Bologna fejn b’hekk irritornaw għar-rebħ wara d-draw diżappuntanti kontra Sampdoria. Inter ma damux ma marru fil-vantaġġ hekk kif fis-sitt minuta kien Lautaro Martinez li poġġa lit-tim ta’ Inzaghi 1-0. Milan Skriniar irdoppja man-nofsiegħa logħob filwaqt li Nicolo Barella għamilhom 3-0 fl-34 minuta. Fit-tieni taqsima, Inter baqgħu fuq l-offensiva u kabbru l-iskor fl-54 minuta permezz ta’ Matias Vecino, biex doppjetta ta’ Edin Dzeko fit-63 u fit-68 minuta għamlu l-iskor 6-0. Bologna naqqsu l-iskor fit-86 minuta permezz ta’ Arthur Theate.

Fiorentina kisbu rebħa ta’ 2-1 kontra Genoa bil-gowls kollha jaslu fit-tieni taqsima. Fiorentina fetħu l-iskor mas-siegħa loghob permezz ta’ Riccardo Saponara. Giacomo Bonavenutra aċċerta mir-rebħa lejn it-tmiem. Fil-ħin mogħti żejjed fi tmiem il-partita, Domenico Criscito naqqas l-iskor għal Genoa.

F’partita oħra, Atalanta kisbu rebħa diffiċli ta’ 1-0 kontra Salernitana. Il-gowl deċiżiv f’din il-partita wasal kwarta mit-tmiem peremzz ta’ Duvan Zapata.

SERIE A
Ilbieraħ:
Sassuolo v Torino 0-1 Illum: Genoa v Fiorentina 1-2, Inter v Bologna 6-1, Salernitana v Atalanta 0-1 Għada: Empoli v Sampdoria 12.30pm, Venezia v Spezia 3.00pm, Lazio v Cagliari 6.00pm, Verona v Roma 6.00pm, Juventus v Milan 8.45pm