Lokali

Karozzi klassiċi għall-karità – ‘Distinguished Gentleman’s Drive’ f’iktar minn 50 pajjiż fid-dinja

Iktar minn 55 karozza klassika sa issa huma reġistrati biex jieħdu sehem fl-ewwel edizzjoni tad-Distinguished Gentleman’s Drive – Dawra b’karozzi klassiċi b’risq Movember li tiffinanzja ir-riċerka fuq il-kanċer tal-prostata u l-prevenzjoni ta’ suwiċidju fost l-irġiel. Kif spjega Matthew Camilleri, wieħed mill-organizzaturi tad-dawra f’Malta.

Uħud mill-karozzi klassiċi li se jieħdu sehem fid-dawra f’Malta fis-26 ta’ Settembru

Id-Dawra se ssir fis-26 ta’ Settembru f’diversi pajjiżi madwar id-dinja. Sa issa hemm 139 dawra organizzata f’54 pajjiż madwar id-dinja, fosthom Malta. F’Malta sa issa hemm 57 karozza reġistrata u sa issa inġabru kważi €2,000.

Parteċipanti fid-Distinguished Gentleman’s Drive – Il-Ħadd 26 ta’ Settembru 2021

L-Attivita’ hi miftuħa għal sidien ta’ karozzi klassiċi mibnija qabel l-1980 u jistgħu jirreġistraw fuq is-sit gentlemansdrive.com u jagħmlu donazzjoni. Anki l-ilbies tas-sewwieq u passiġġieri għandu jkun ta’ xeħta klassika. Din hija l-ewwel edizzjoni tal-attivita’ għal karozzi klassiċi u tingħaqad mad-Distinguished Gentleman’s Ride, li ilha ssir b’muturi klassiċi għal dawn l-aħħar għaxar snin.