Lokali

L-aħbarijiet tal-PBS huma noticeboard tal-Gvern

Tagħmel x’tagħmel l-Oppożizzjoni mhux aħbar għall-Kamra tal-Aħbarijiet ta’ TVM. Fil-Bulettin ewlieni tal-bieraħ, 61% tal-ħin kollu kien iddedikat għal stqarrijiet, avvenimenti u konferenzi stampi li organiazzaw diversi Ministri u f’ħafna minnhom instemgħu, dehru u tkellmu l-membri tal-Kabinett. Il-kumplament, 39% tal-ħin kien għal aħbarijiet oħra u ma xxandar xejn dwar il-fehmiet u l-attivitajiet tal-Oppożizzjoni.

Filwaqt li l-aħbar ewlenija tal-Bulettin uriet il-Prim Ministru jiddiskuti t-tibdil fil-Klima f’Ateni, il-fehmiet tal-Oppożizzjoni u l-Partit Nazzjonalista dwar is-suġġett tħallew barra komplement. Dan meta lbieraħ il-PN ħabbar li fid-29 ta’ Settembru se jorganizza konferenza nazzjonali dwar il-bidla fil-klima u l-udjenza tal-PBS ma tafx dwar dan. Il-Partit Nazzjonalista stieden lill-poplu Malti biex jersaq ‘il quddiem u jikkontribbwixxi kif is-settur Pubbliku u dak Privat se jaħdemu biex jitnaqqas it-tibdil fil-klima.

Madankollu għall-PBS, din mhux aħbar u ma jridx li udjenza tiegħu tkun taf dan. L-aħbarijiet tal-PBS ilbieraħ xandar sitt intervisti jew kummenti mal-membri tal-Kabinett. Il-Bulettin kien għal darb’oħra mimli stqarrijiet dwar dak li jridu Kastilja u l-Ministeri. Kemm il-fehmiet opposti għal dak li jagħmel il-Gvern u l-entitajiet li jmexxi u kif ukoll ir-reazzjonijiet tas-soċjetà in ġenerali ma kienu mkien fl-ebda aħbar li wera l-PBS.

Nies midħla tal-liġijiet tax-xandir qalu lil Net News li r-riforma li kien wiegħed il-Prim Ministru Robert Abela qabel sar mexxej Laburista issa qed tidher ċara. Qalu li flok Stazzjoni Pubbliku (PBS), Television Malta, partikolarment l-aħbarijiet tat-8 saru n-notice board tal-Gvern biss.