Lokali Saħħa

L-MUMN tikkundanna l-mod kif il-Gvern Malti qed joħnoq lill-ċerti unions

Il-Kunsill tal-Malta Union of Midwives & Nurses jikkundanna lill-Gvern Malti għall-ħruġ ta’ Mandat ta’ Inibizzjoni fil-Qorti sabiex iwaqqaf Direttivi Industrijali leġittimi u legali li qed isiru fl-Isptar Mater Dei dwar tilwima industrijali fuq il-Ftehim Settorali tal-Phlebotomists, Decontamination Sterile Technicians u Dental Surgery Assistants.

Fi stqarrija l-MUMN qalet li ilha disa’ xhur sħaħ tieħu paċenzja bil-Gvern billi tattendi għal-laqghat ta’ dan il-Ftehim Settorali bil-għan li jintlaħaq ftehim u ma jkunx hemm għalfejn tiġi reġistrata l-ebda tilwima. Wara li l-bieb tan-negozjar ingħalaq mill-Uffċċju tal-Prim Ministru, l-MUMN xorta ppruvat tevita tilwima industrijali u attendiet għal numru ta’ laqgħat fil-Ministeru tas-Saħħa però l-Gvern baqa’ għal xhur sħaħ ma jiċċaqlaqx mill-poċizzjoni tiegħu.

L-għan ewlieni tal-MUMN f’dawn in-negozjati kien li dawn is-setturi jiġu rregolarizzati kif suppost peress li kellek numru ta’ carers tal-kuntrattur li kienu qed jiġu mqabbda jippreparaw l-instrumenti tal-operazzjonijiet mingħajr ma’ dawn ma kellhom l-ebda taħriġ. Barra minn hekk l-MUMN insistiet li jidħol fis-seħħ il-Continuous Professional Development sabiex ikun hemm aktar taħriġ u żvilupp li jgawdu minnu l-pazjenti rrikoverati fl-Isptar Mater Dei. Din il-Union iddefendiet ċertu ħidma li dawn l-impjegati ma kinux ordnati li jagħmlu peress li hemm scientific officer apposta li huwa obbligat jagħmel dan ix-xogħol. L-MUMN pproponiet kundizzjonijiet ta’ xogħol aħjar u titjib fis-salajri għall-ħames snin li ġejjin jiġifieri sas-sena 2025.

Barra minn hekk l-MUMN ħadet ħsieb li waqt din it-tilwima industrijali l-każijiet ta’ emerġenza ma jiġux affetwati u ħadet ħsieb ukoll li ċerti operazzjonijiet speċjali jiġu wkoll esklużi mid-Direttivi.

L-istqarrija tkompli tgħid li sal-bieraħ stress l-MUMN offriet lill-Gvern biex terġa ‘ssir laqgħa oħra l-ġimgħa d-dieħla iżda minflok, il-Gvern Malti mar jiġri l-Qorti u għamel sarima ma’ ħalq l-MUMN għaliex ġie dahru mal-ħajt. Dan huwa r-rigal tal-Gvern lill-MUMN f’lejliet il-25 sena anniversarju tal-union. Dan huwa r-rikkonoxximent li l-Gvern jitkellem hafna dwaru peroò bil-fatti jagħmel mod ieħor.