Maria Curmi hija r-rebbieħa tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza Junior 2021 bil-kanzunetta ‘Marelli Ma’
Din il-kanzunetta kienet miktuba minn Emil Calleja Bayliss b’kompożizzjoni ta’ Philip Vella.
Din kienet is-sitt edizzjoni tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza Junior.
Il-Premju tat-Televoting intrebaħ minn Aaliyah Vella bil-kanzunetta ‘Aħfrilna Ma’
Maria Curmi rebħet il-Kategorija l-kategorija A bid-diska ‘Marelli Ma’ bi kliem ta’ Emil Calleja Bayliss u mużika ta’ Philip Vella. Fit-Tieni Post, ‘Wieħed u wieħed tnejn’ ta’ Elai Abela Borg , kliem ta’ Rita Pace u mużika ta’ Augusto Cardinali . Fit-Tielet Post, ‘Perfetti’ kantanta minn Mariah Agius bi kliem ta’ Rita Pace u mużika ta’ Eliana Gomez Blanco.
Il-Kategorija l-oħra ntrebħet minn Dean Pace bil-kanzuneta ‘L-Eroj tiegħi’ bi kliem ta’ Rita Pace u mużika ta’ Aldo u Bradley Spiteri . Fit-Tieni Post, ‘Nitolbok’ ta’ Shanice Micallef bi kliem ta’ Rita Pace u mużika ta’ Eliana Gomez Bianco . Fit-Tielet Post, ‘Tgħallimt’ kantanta minn Kensley Ciappara bi kliem ta’ Rita Pace u mużika ta’ Kaya Priscilla Giordano Psaila.
Il-presentazzjonijiet lir-rebbieħa saret mis-Segretarju Ġenerali tal-PN Michael Piccinino fil-preżenza tac-Chairman tal-kumitat organizzattiv tal-KKI Junior, Robert Cutajar.
Bi preżentazzjoni ta’ Mark Azzopardi u Michela Dalli , matul is-serata li xxandret live fuq NET Television ħadu sehem 21 kantant u kantanta flimkien ma’ bosta talenti oħra mix-xena lokali.
//= $special ?>