Lokali Mużika

Maria Curmi tirbaħ il-KKI Junior 2021

Maria Curmi hija r-rebbieħa tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza Junior 2021 bil-kanzunetta ‘Marelli Ma’

Din il-kanzunetta kienet miktuba minn Emil Calleja Bayliss b’kompożizzjoni ta’ Philip Vella.

Din kienet is-sitt edizzjoni tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza Junior.

Il-Premju tat-Televoting intrebaħ minn Aaliyah Vella bil-kanzunetta ‘Aħfrilna Ma’ 

Maria Curmi  rebħet il-Kategorija l-kategorija A bid-diska ‘Marelli Ma’ bi kliem ta’ Emil Calleja Bayliss u mużika ta’ Philip Vella. Fit-Tieni Post, ‘Wieħed u wieħed tnejn’ ta’ Elai Abela Borg , kliem ta’ Rita Pace u mużika ta’ Augusto Cardinali . Fit-Tielet Post, ‘Perfetti’ kantanta minn Mariah Agius bi kliem ta’ Rita Pace u mużika ta’ Eliana Gomez Blanco.

Il-Kategorija l-oħra ntrebħet minn Dean Pace  bil-kanzuneta ‘L-Eroj tiegħi’ bi kliem ta’ Rita Pace u mużika ta’ Aldo u Bradley Spiteri . Fit-Tieni Post, ‘Nitolbok’ ta’ Shanice Micallef bi kliem ta’ Rita Pace u mużika ta’ Eliana Gomez Bianco . Fit-Tielet Post, ‘Tgħallimt’ kantanta minn Kensley Ciappara bi kliem ta’ Rita Pace u mużika ta’ Kaya Priscilla Giordano Psaila.

Il-presentazzjonijiet lir-rebbieħa saret mis-Segretarju Ġenerali tal-PN Michael Piccinino fil-preżenza tac-Chairman tal-kumitat organizzattiv tal-KKI Junior, Robert Cutajar.

Bi preżentazzjoni ta’ Mark Azzopardi u Michela Dalli , matul is-serata li xxandret live fuq NET Television ħadu sehem 21 kantant u kantanta flimkien ma’ bosta talenti oħra mix-xena lokali.