Lokali

Protesta favur il-ħarsien tal-annimali fl-Għammieri

Is-Sibt filgħodu, attivisti favur il-ħarsien tal-klieb u l-annimali għamlu protesta quddiem il-binja tal-Animal Welfare hekk kif qed jintqal li fl-aħħar xhur din l-istituzzjoni qatlet 9 t’iklieb.

Tkellimna ma’ Emanuel Cassar, il-President tal-għaqda l-ġdida li ġġib l-isem ‘Maltese Paws Foundation’ fejn spjegalna l-għan ta’ din il-protesta.

“Aħna ninsabu hawn nipprotestaw biex naraw li l-affarjiet f’din il-binja jiġu għan-normal kif suppost”

Huwa qalilna li l-mod kif qed jiġu trattati dawn  il-klieb irid jieqaf mill-aktar fis, u l-Animal Welfare għandhom iżommu l-għan ewlieni tagħhom li jħarsu lill-annimali.

“Nisimgħu ħafna fuq ix-xandir, biex jitnaqqas l-abbuż, biex in-nies jirraportaw, aħna ma nippredentux li issa jkunu huma stess li joqtlu l-klieb”

Huma sostnew li lill-annimali għandna ntuhom l-imħabba kollha possibbli tagħna, u li qatt m’għandha tkun is-soluzzjoni li l-klieb jinqatlu. Talbu wkoll li għandha ssir investigazzjoni serja u independenti dwar il-qtil ta’ dawn il-klieb.