Waqt diskors li għamel fil-gżira Għawdxija, il-Prim Ministru Robert Abela infexx f’litanija ta’ ftaħir li se jkun hu li jagħmel l-‘air link’ bejn Malta u Għawdex… proposta li ħareġ biha ix-xahar li għadda il-Partit Nazzjonalista fejn fost l-oħrajn apparti l-air link ppropona li jitkabbar il-Port tal-Imġarr u żewġ vapuri ġodda…
Għal kuntrarju tal-Partit Nazzjonalista li ħass li għandu jsir titjieb fil-qasam tas-saħħa fosthom li l-Għawdxin jerġgħu jieħdu s-servizz ta’ saħħa f’idejhom kif ukoll Sptar Ġenerali ġdid, modern u attrezzat… il-Prim Ministru waqt id-diskors tiegħu ħass li m’għandux jagħti importanza lil dan is-settur u ma semma xejn dwar dan.
Robert Abela nesa wkoll il-problema li bħalissa tinsab fuq fomm kulħadd.. dik tal-għoli tal-ħajja.. dan meta aktar kmieni din il-ġimgħa f’ċifri ppublikati mill-Gvern juru li l-indiċi tal-prezzijiet fix-xahar t’Awwissu żdied meta mqabbel ma’ Lulju…
Apparti hekk.. wieħed faċilment jinnota li tul l-2021, l-indiċi tal-prezzijiet kull xahar żdied bil-konsegwenza li qed ipoġġi piż fuq l-individwi u familji Maltin u Għawdxin li mhux jirnexxilhom ilaħħqu tal-aħħar tas-sena bil-paga li jaqilgħu… Iżda kemm Robert Abela waqt id-diskors tiegħu… u anke diversi Ministri meta ġew mistoqsija mill-ġurnalisti ta’ Net News qed jibqgħu jaħarbu din il-kwistjoni u ma’ jikkommettux ruħhom li ser jindirizzawha fil-budget li jmiss.
Waqt id-diskors tiegħu… Abela infexx ukoll fi ftaħir li ser ikun qed jagħti rekord ta’ fondi Ewropej… iżda nesa jgħid li kien propju l-Partit Nazzjonalista li daħħal lil pajjiżna fl-Unjoni Ewropea… u nesa jgħid ukoll li l-Partit li tiegħu hu l-mexxej… kien kontra…
U minkejja li waqt l-istess attivita’ kienu diversi persuni li għamlu l-intervent tagħhom u saħqu li hemm bżonn tiġi indirizzata l-problema ta’ kostruzzjoni mhux f’posta…
Il-Prim Ministru baqa’ jisħaq li l-iżvilupp hemm bżonn li jsir.
//= $special ?>