Futbol Sport

Sirens jiksbu t-tieni rebħa tal-istaġun

(Ritratt: Catriel Farrugia)

Rowen Camilleri

STA. LUCIA……….1

SIRENS………………3

Sta. Lucia: J. Archibald, A. Prates, J. Pisani, G. Conti (N. Pulis 83’), P. Silva, V. Plut (F. Farias 60’), A. Souza, J. Tanti (J. Carbone 60’), V. Filho, J. Zerafa (K. Xuereb 72’), D. Xuereb

Sirens: J. Debono, A. Jair, R. Tachikawa, V. Vieira (D. Jackson 81’), A. Effiong (C. Zammit 66’), D. Albanese, A. Borg, J. Walker, F. Brandan, C. Riascos, K. Reid

Imwissija: A. Prates 21’, J. Zerafa 45+1, G. Conti 68’ (Sl), D. Albanese 25’, J. Debono 90’ (S)

Skorjaw: V. Vieira 10’, A. Effiong 59’, K. Reid 90+3 (S), A. Prates 86’ (Sl)

Referee: Etienne Mangion

Assistenti Referees: Mitchell Scerri u Mark Ciantar

Il-Mument Plejer tal-logħba: Fernando Brandan (Sirens)

BOV Plejer tal-logħba: Fernando Brandan (Sirens)

Fl-ewwel partita mir-raba’ ġurnata tal-Kampjonat BOV Premier, Sirens kisbu t-tieni rebħa tal-istaġun meta fit-Tony Bezzina Stadium għelbu lil Santa Lucia bl-iskor ta’ 3-1.

L-ewwel azzjoni perikoluża waslet minn Santa. Lucia wara sitt minuti meta Victor Filho tefa’ pass preċiż fit-tul lejn Vito Plut li minn taħt il-lasta tefa’ għoli. Minuta wara kienu Sirens li resqu viċin meta kien Jacob Walker li xuttja imma sab lil goalkeeper attent. Fl-10 minuta Sirens fetħu l-iskor. Brandan tefa’ kross mix-xellug li sab lil VITOR VIEIRA fil-post preċiż u bir-ras għeleb lil Archibald. Fid-39 minuta it-tim immexxi minn Oliver Spiteri kellu azzjoni tajba meta Souza għadda lejn Plut, b’dan tal-aħħar javvanza u jqassam lejn Zerafa li b’xutt mill-ewwel impenja lil Debono li kellu jdawwar f’korner b’diffikultà.

Wara ħames minuti mill-bidu tat-tieni taqsima Santa. Lucia marru viċin. Kien Vito Plut li avvanza fil-kaxxa u għadda lejn Alan Souza li wara li qabeż żewġ difensuri kkonkluda tajjeb iżda sab lil Debono attent u għal darboħra dawwar f’korner. Fid-59 minuta Sirens irduppjaw meta Brandan qabad ballun minn nofs ground u labu mal-linja lejn Albanese li mingħajr ma qad jaħsibha tefa kross fil-baxx fil-kaxxa li sab lil ALFRED EFFIONG li minn taħt il-lasta ma’ żbaljax. Santa Lucia naqsu d-distakk fis-86 minuta permezz ta’ ANDRE PRATES li kompla ġewwa minn kros ta’ Alan Souza. Meta Santa Lucia kienu fuq l-offiża biex jiksbu l-gowl tad-dro, fil-ħin miżjud minn kontrattakk kien is-sostitut Degran Jackson li tefa’ kross mil-lemin u KEMAR REID kompla għal ġewwa bir-ras biex issiġilla r-rebħa għat-tim minn San Pawl il-Baħar.