“Spiċċajna trattati bħall-ħabsin”. Hekk stqarr magħna raġel li sal-lum għadu qed ikun imġiegħel jagħmel il-kwarantina f’lukanda wara li rritorna Malta minn pajjiż li jinsab fuq il-lista l-ħamra.
Ftit tal-jiem ilu l-Ministru tas-Saħħa Chris Fearne ħabbar li residenti Maltin li jaslu mill-pajjiżi li qegħdin fuq il-lista l-ħamra, issa setgħu jagħmlu l-kwarantina fid-dar tagħhom stess. Iżda sal-lum, dan ir-raġel għadu qed jinżamm f’lukanda hekk kif ħadd mill-Awtoritajiet tas-Saħħa għadu ma tah tweġiba dwar meta jista’ joħroġ u jkompli l-kwarantina fir-residenza tiegħu.
Dan ir-raġel spjegalna li għalkemm mela d-dokumenti tkollha neċessarji, ħadd mill-Awtoritajiet ma tah risposta dwar x’se jiġri minn issa ‘l quddiem.
Agħar minn hekk, dan ir-raġel ilu għal dawn l-aħħar sitt ijiem iħallas madwar 150 ewro kuljum meta faċilment seta’ ntbagħat id-dar tiegħu u ma kienx jidħol f’dawn l-ispejjeż kollha… hekk kif sal-lum diġà ħallas madwar 900 ewro. Bil-Gvern jidher li mhux se jkun qed jagħti kumpens lil dawk il-persuni li kellhom iħasslu sabiex jagħmlu l-kwarantina f’lukanda.
Huwa spjegalna kif din is-sitwazzjoni qed tħalli wkoll impatt fuq saħħtu hekk kif diġà ilu sitt ijiem imsakkar bejn dawn l-erba’ ħitan.
//= $special ?>