Lokali

Cherylis tirbaħ il-KKI 2021

It-30 edizzjoni tal-Konkors Kanzunetta Indipendenza intrebħet mill-Kantanta Cherylis Camilleri bil-kanzunetta “Nifs” bi kliem ta’ Emil Calleja Bayliss u mużika ta’ Philip Vella.

Fit-tieni post ikklassifikat il-kanzunetta “Forsi ismi ssejjaħ” tal-kantant Mark Portelli bi kliem ta’ Etienne Micallef u mużika ta’ Eliana Gomez Blanco.

Dan filwaqt li Kylie Meilak bil-kanzunetta “Mill-Petali Mneżżgħa” bi kliem ta’ Emil Calleja Bayliss u mużika ta’ Mark Spiteri Lucas.

Il-premju tat-televoting intrebaħ mill-kantanta Martina Fenech bil-kanzunetta “Xtaqt sejjaħtlek Pa” bi kliem ta’ Etienne Micallef u mużika ta’ Mark Spiteri Lucas.

Preżenti għall-finali tal-KKi kien hemm ukoll is-Segretarju Ġenerali tal-PN Michael Piccinino flimkien mal-Kelliem tal-Oppożizzjoni għall-Gvern Lokali, wirt nazzjonali u ż-żgħażagħ Karl Gouder.

Ippreżentaw dan il-festival Keane Cutajar flimkien ma’ Valerie Vella.