Fl-aħħar 24 siegħa kienu 20 il-każi ġodda ta’ Covid-19 irreġistrati f’pajjiżna.
Dan filwaqt li l-pazjenti rikoverati fl-Isptar Mater Dei u li huma pożittivi għall-virus żdiedu għal 22, bi 3 minnhom qed jingħataw il-kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.
Fortunatament bejn is-Sibt u l-Ħadd fiequ 51 persuna, filwaqt li ma ġiet irrapportata ebda fatalità kawża tal-virus bil-vittmi jibqgħu jammontaw għal 453.
Għaldaqstant il-każi attivi issa qed jammontaw għal 586 – bil-Ministeru għas-Saħħa jħabbar li sas-Sibt kienu ftit aktar minn 5,000 id-dożi tal-booster li ngħataw fil-Gżejjer Maltin.
//= $special ?>