Futbol Sport

Draw bejn Birkirkara u Floriana

(Ritratt: Domenic Aquilina)

Birkirkara…………………………..1

Floriana……………………………..1

Birkirkara: D. Fernandes, E. Ruiz, Y. Yankam (L. Aguirre 66′), L. Montebello (R.Scicluna 77′), C. Bonanni, P. Mbong, K. Zammit, F. Falcone, C. Attard, O. Carniello, J. Macedo (K.Bevis 77′)

Floriana: G. Kitanov, A. Magri Overend (A. Garzia 84′), C. Rutjens, Z. Cassar, A. Caseres (C. Andrei-Cosmin 66′), K. Keqi (M. Vesejli 66′), J. Arias, N. Garcia, E. Callegari, J. Busuttil (B. Paiber 66′), R. Camenzuli (D. Agius 66′)

Referee: A. Johnson

Assistenti Referees: A. Camilleri, P. Farrugia

L-ewwel azzjoni perikoluża waslet fl-14-il minuta meta minn cross fil-baxx ta’ Jeferson Macedo kien Federico Falcone li ra l-konklużjoni tiegħu tkun salvata mingħajr diffikultà minn Georgi. Floriana rrispondew u fl-azzjoni sussegwenti, ix-xutt ta’ Ryan Camenzuli kien mdawwar f’corner minn Fernandes.

Bil-logħob jibqa’ maqsum bejn iż-żewġ timijiet, kienu Floriana li fetħu l-iskor fl-40 minuta meta minn cross fil-baxx ta’ Augusto Caseres, id-difiża ta’ Birkirkara naqset milli tbiegħed il-periklu, bl-attakkant Kristian Keqi japprofitta u jikkonkludi mill-viċin għal 1-0. Floriana għal darb’oħra perikolużi fit-43 minuta, meta l-cross ta’ Arias kien mdawwar f’corner b’diffikultà minn Fernandes.

Birkirkara rrispondew u wara biss ftit sekonda mill-bidu tat-tieni taqsima, kien Federico Falcone li kkonkluda fuq cross ta’ Macedo fejn għeleb għal kollox lil Georgi. Fit-62 minuta, Birkirkara viċin it-tieni gowl meta wara li dar tajjeb, kien Paul Mbong li ra l-konklużjoni tiegħu tkun mdawrha f’corner. Biż-żewġ timijiet jonqsu milli jkunu perikolużi, il-partita ntemmet fi draw ta’ 1-1.