Sport Sport Ieħor

Filippo Ganna champion tad-dinja fil-prova kontra l-ħin

(Ritratt: EPA)

Filippo Ganna huwa għal darb’ oħra champion tad-dinja taċ-ċikliżmu fil-prova kontra l-ħin. Ganna , ta’ 28 sena rebbieħ li fl-2020 sar champion tad-dinja f’Imola, kompla bis-serje pożittiva għaċ-ċikliżmu u l-isport Taljan din is-sena wara li ġimgħa ilu Sonny Colbrelli sar Champion tal-Ewropa. Ganna għamel l-aħjar ħin fir-rotta ta’ 43.3 kilometri minn Knokke Heist għal Brugge.

Filippo Ganna għamel id-distanza f’47 minuta 47.83 sekondi b’distakk ta’ ftit aktar minn sitt sekondi fuq Wout van Aert tal-Belġju li temm f’47 minuta 53.20 sekondi li fl-ewwel fażi kien saħansitra seba’ sekondi fil-vantaġġ. Fit-tielet post temm Remco Evenepoel tal-Belġju bi 48 minuta 31.17 sekondi. Fl-Olimpijadi ta’ Tokjo, Filippo Ganna rebaħ il-midalja tad-deheb għall-Italja fil-kompetizzjoni tat-timijiet.