Futbol Sport

Gudja jaħsdu lil Sliema għall-ewwel rebħa tagħhom

SLIEMA ………… 2

GUDJA …………. 3

Sliema: T.Aquilina, K.Shaw, G.Aquilina, I.Gui, M.Fernandes, E.Agius, D.Holla, M.Beerman, J.Bliek, D.Vukovic, V.Berisha

Gudja: G.Zammit, L.Beland-Goyette, R.Soares, F.Mensah, R.Kisil, H.Vella, L.Cremona, I.Dudarev, N.Micallef, T.Abdul, M.Dias

Referee: A.Schriha

Assistenti Referees: J.Spiteri, S.Calleja

Gudja kisbu l-ewwel rebħa tagħhom tal-sitaġun meta fit-Tony Bezzina Stadium għelbu lil Sliema bl-iskor ta’ 3-2. Għal Sliema din kienet telfa sorprendenti kontra Gudja, biex b’hekk baqgħu mingħajr rebħa fil-Kampjonat BOV Premier.

Gudja marru fil-vantaġġ fl-20 minuta permezz ta’ Temitope Abdul, iżda Sliema irrispondew tliet minuti wara meta kien Miguel Fernandes li aprofitta minn żball difensiv biex għeleb lil goalkeeper Glenn Zammit għal 1-1. Żewġ minuti qabel tmiem l-ewwel taqsima, Sliema marru fil-vantaġġ meta din id-darba minn cross ta’ Gabriel Aquilina kien Valmir Berisha li tefa’ fix-xibka għal 2-1.

Fit-tieni taqsima Gudja ħarġu jfittxu l-gowl tad-draw u kien proprju fil-51 minuta fejn skorjaw it-tieni gowl tagħhom, meta wara ġirja personali kien l-eks Hibernians u Floriana Marcelo Dias li b’xutt b’saħħtu ikkonkluda fil-lasta għal 2-2. Biex ħames minuti wara Gudja reġgħu għal darb’oħra kisbu l-gowl tal-vantaġġ meta x-xutt ta’ Ruslan Kisil għadda minn taħt idejn il-goalkeeper Timmy Aquilina u spiċċa fix-xibka għal 3-2.