Futbol Sport

Hibernians jibqgħu fil-quċċata tal-klassifika

Hibernians………………….3

Mosta………………………….2

Hibernians: I. Kone, F. Apap. L. Almeida. Raphael (A. Attard 77′), J. Grech (T. Tabone Desira 82′), J. Degabriele (B. Kristensen 74′), D. Vella, Thaylor (Z. Grech 81′), A. Agius, G. Artiles, W. Domoraud (F. Mensah 82′)

Mosta: M. Jovicic, R. Briffa (N. Agius 79), C. Ememe, C. Failla, J. Nsumoh (J. Vassallo), T. Farrugia, I. Doric, M. Hetemaj, Z. Brincat (L. Igbineweka 79′), A. Akinbule, J. Ekani (W. Donkin)

Referee: G. Tonna

Hibernians kisbu r-raba’ rebħa konsekuttiva fil-kampjonat biex b’hekk żammew il-bidu perfett tagħhom meta għelbu lil Mosta 3-2. Hiberninas fetħu l-iskor fid-19-il minuta permezz ta’ Jurgen Degabriele.

Fit-tieni taqsima, Hibs għalqu l-partita f’sitt minuti meta l-ewwel kien Dunstan Vella li rdoppja fil-50 minuta biex sitt minuti wara kien Jake Grech permezz ta’ penalty li għamilhom 3-0.

Mosta skorjaw darbtejn lejn it-tmiem, l-ewwel kien Clayton Failla permezz ta’ penalty fit-86 minuta biex wara fid-90 kien Donkin li għamel l-iskor finali 3-2.