Futbol Sport

Imut Jimmy Greaves, eks attakkant tal-Ingilterra u Tottenham

Tħabbret il-mewt tal-eks attakkant tal-Ingilterra u ta’ Tottenham fost oħrajn fl-eta’ ta’ 81 sena. Greaves kien parti mill-iskwadra tal-Ingilterra li rebħu t-Tazza tad-Dinja fl-1966 u huwa l-aqwa skorer ta’ kull żmien ta’ Tottenham Hotspurs. Greaves beda l-karriera tiegħu ma’ Chelsea qabel ma kellu esperjenzi ma’ Milan, Tottenham u West Ham.

Jimmy Greaves skorja 269 gowl f’379 partita għal Tottenham, filwaqt li mat-tim nazzjonali Ingliż Greaves lagħab 57 partita u skorja 44 gowl.