Futbol Sport

Juventus jibqgħu mingħajr rebħa fis-Serie A

(Ritratt: EPA)

Fil-partita tal-ġimgħa Juventus u Milan temmew fi draw ta’ 1-1. Juventus marru fil-vantaġġ kmieni fil-partita meta fir-raba’ minuta kien Alvaro Morata li sab ruħu wiċċ imb wiċċ mal-goalkeeper Mike Maignan u xeħet ġewwa għal 1-0. Minkejja li Juventus kienu aktar perikolużi matul il-partita Mialn kisbu l-gowl tad-draw fis-76 minuta meta minn corner minn fuq il-lemin ta’ Sandro Tonali kien Ante Rebic li b’daqqa ta’ ras gġeleb lil goalkeeper ta’ Juventus Wojciech Szczesny għal 1-1.

Fi Stadio M.A. Bentegodi Verona kisbu rebħa sorprendenti ta’ 3-2 kontra Roma. Roma fetħu l-iskor fis-36 minuta meta minn cross ta’ Rick Karsdrop kien Lorenzo Insigne li bit-takkuna tefa’ fil-lasta għal 1-0. Madanakollu, Verona kisbu d-draw fid-49 minuta permezz ta’ Antonin Barak. Verona marru fil-vantaġġ fl-54 minuta meta minn pass ta’ Ivan Ilic kien Gianluca Caprari li skorja għal 2-1. L-istess Ilic reġa’ skorja fit-58 minuta iżda din id-darba tefa’ l-ballun fil-lasta tiegħu stess għal 2-2. Minkejja dan Verona skorjaw il-gowl tar-rebħa fi3-63 minutab’xutt b’saħħħtu ta’ Marco Faraoni għal skor finali ta’ 3-2.

Fl-ewwel partita tal-ġurnata fi Stadio Carlo Castellani Sampdoria għelbu lil Empoli barra minn darhom bl-iskor ta’ 3-0. Sampdoria marru fil-vamtaġġ fil-31 minuta meta minn pass ta’ Antonio Candreva kien Francesco Caputo li kkonkluda fil-lasta għal 1-0. It-tieni gowl ta’ Sampdoria wasal fit-52 minuta meta għal darb’oħra reġa’ kien Francesco Caputo li wara azzjoni personali tefa’ għeleb lil goalkeeper Guglielmo Vicario għal 2-0. Sampdoria għamluhom tleita fis-70 minuta meta minn pass ta’ Fabio Quagliarella kien Antonio Candreva l skorja għal skor finali ta’ 3-0.

Fi Stadio Pierluigi Penzo Spezia kisbu rebħa ta’ 2-1 barra minn darhom għand it-tim neopromoss Venezia. Huma fetħu l-iskor fit-13-il minuta meta Giulio Maggiore sab lil Simone Bastoni li kkonkluda għal ġewwa. Minkejja dan Venezia kisbu l-gowl tad-draw fid-59 minuta meta minn freekick ta’ Gianluca Busio kien Pietro Ceccaroni li bir-ras tefa’ fix-xibka għal 1-1. Hekk kif kollox deher li l-partita se tintemm fi draw, Spezia skorjaw il-gowl tar-rebħa fl-94 minuta b’xutt mid-distanza ta’ Mehdi Bourabia.

SERIE A

Il-Ġimgħa Sassuolo v Torino 0-1 Is-Sibt Genoa v Fiorentina 1-2, Inter v Bologna 6-1
Salernitana v Atalanta 0-1 Il-Ħadd Empoli v Sampdoria 0-3, Venezia v Spezia 1-2, Lazio v Cagliari 2-2, Verona v Roma 3-2, Juventus v Milan 1-1