Internazzjonali

Lura lejn id-dinja wara titjira storika fl-ispazju

Erba’ astronawti dilettanti fl-aħħar sigħat temmew avventura ta’ tlett ijiem fl-ispazju permezz tal-inżul, b’kapsula, fl-Oċean Atlantiku.

L-awtronawti kienu l-ewwel ċivili privati li qatt irnexxielhom iduru madwar l-orbita tad-dinja bi SpaceX capsule bħala parti minn minn missjoni fl-ispazju (spaceflight) taħt l-isem Inspiration 4. It-titjira kienet telqet nhar l-Erbgħa minn Florida fl-Istati Uniti u ntemmet fl-istess inħawi ftit wara nofs-il lejl tal-Ħadd.

L-inżul tal-kapsula kien ikkontrollat mill-paraxuts li naqqsu l-veloċità tal-proċess sakemm il-kapsula messet mal-baħar – u fejn kien hemm id-dgħajjes ta’ SpaceX lesti biex jiġbru lin-nies ta’ ġo fiha. It-tim ta’ Inspiration4 kien immexxi minn Jared Isaacman, li hu l-kap eżekuttiv ta’ kumpannija tal-e-commerce u li f’dawn il-jiem serva bħala ‘il-kmandant’ tal-missjoni fl-ispazju.