Futbol Sport

Telfa oħra għal Ħamrun

ĦAMRUN ………… 0

BALZAN ………….. 1

Ħamrun: H.Bonello, D.Gojkovic, J.Mbong, J.Ailton Soares, F.Sasere, L.Gambin, P.Dordevic (A.Oyama 46′), K.Micallef (D.Borg 63′), I.Ntow (L.Soufiane 63′) , C.Dielna (C.Mercieca 76′), E.Marcelina

Balzan: V.Vranes, A.Loof, S.Arab, M.Grima, M.Duric, P.Fenech, A.de Paixao, M.Johnson, M.Zlatkovic (S.Cipriott 60′), M.Mijic, B.Kaljevic (A.Andrejic 76′)

Referee: E.Grech

Assistenti Referees: M.Scerri, D.Spencer

Ħamrun sofrew it-tielet telfa tagħhom dan l-istaġun hekk kif fl-Istadium Nazzjonali kienu megħuba minn Balzan bl-iskor ta’ 1-0.

Balzan marru fil-vantaġġ fid-29 minuta meta minn freekick preċiż MIlan Duric għeleb lil goalkeeper Henry Bonello għal 1-0.

Balzan setgħu għamluhom tnejn fis-60 minuta meta ngħataw penalty, fejn inkariga ruħu minnu Bojan Kaljevic, li madanakollu mill-ħdax-il metru tefa’ barra.

Fit-88 minuta Henry Bonello salva lil Ħamrun milli jaqilgħu t-tieni gowl meta wara kontrattakk veloċi salva tajjeb ix-xutt ta’ Aleix de Paixao.

Fid-90 minuta Balzan setgħu għalqu l-partita meta wara żball ta’ Darren Borg, Aleix de Paixao ra’ l-konklużjoni tiegħu taħbat mal-lasta.