Lokali

Tfajjel bi ġrieħi gravi wara li ntlaqat minn karozza f’San Pawl il-Baħar

Tifel ta’ 3 snin qed isofri minn ġrieħi gravi wara li l-bieraħ għall-ħabta tas-6pm intalaqt minn karozza f’San Pawl il-Baħar.

L-inċident seħħ fi Triq it-Turisti, San Pawl il-Baħar fejn karozza misjuqa minn raġel ta’ 30 sena li jgħix San Pawl il-Baħar stess tajjar lit-tifel.

Hu ngħata l-ewwel għajnuna minn tim mediku fejn iktar tard ittieħed l-Isptar Mater Dei b’ambulanza.

L-investigazzjonijiet tal-Pulizija għadhom għaddejjin.