Il-Ħadd filogħdu f’Ta’ Qali fuq distanza ta’ 5km, inżammet il-ġirja organizzata fil-Festi tal-Indipendenza. Din il-ġirja kienet organzzita mill-fergħa tal-isport fi ħdan il-Partit Nazzjoanlista, Tim Sport Partit Nazzjonalista, b’ko-ordinazzjoni taċ-Chairperson Christian Micallef, is-Segretarju Ġenerali, Paula Briffa kif ukoll tal-membru responsabbli minn dawn l-attivitajiet Andre Muscat. Din is-sena f’din il-ġirja ħadu sehem l-aqwa atleti f’pajjizna.
Ir-rebbieħ ta’ din l-edizzjoni fil-kategorija tal-irġiel kien Chris Micallef, b’ħin ta’ 15-il minuta 56 sekonda, Mario Grech temm fit-tieni post b’ħin ta’ 16-il minuta u 19-il sekonda filwaqt li Darran Agius temm fit-tielet post b’ħin ta’ 16-il minuta u 21 sekonda.

Fil-kategorija tan-nisa, ir-rebbieħa kienet Tara Abdilla li temmet f’ħin ta’ 19-il minuta, Carmen Hili temmet fit-tieni post b’ħin ta’ 19-il minuta u 58 sekonda filwaqt li Donatella Fenech temmet fit-tielet post b’ħin ta’ 22 minuta u 13-il sekonda.

Għal din l-attivitá attendew numru ta’ uffiċjali, deptuati u kandidati tal-Partit Nazzjonalista li wkoll uħud minnhom ħadu sehem f’din l-attività.
