Futbol Sport

Xeni vjolenti fil-partita bejn Lens u Lille

Il-partita minn Ligue 1 bejn Lens u Lille ta’ nhar is-Sibt kellha titwaqqaf għal xi ħin wara li partitarji ta’ Lens qabżu fil-ground u attakkaw lill-partitarji ta’ Lille. Jidher li l-partitarji ta’ Lille pprovokaw lill-partitarji opposti, b’dawn tal-aħħar jirrispondu u jaqbżu fil-ground, bit-tieni taqsima tibda madwar sija u nofs wara l-ħin li kien suppost.

Dawn ix-xeni huma simili għal dak li ġara ftit ġimgħat ilu f’partita oħra minn Ligue 1, bejn Marseille u Nice, fejn Dimitri Payet reġa waddab flixkun li tefagħwlu partitarji ta’ Nice, b’konsegwenza li dawn niżlu għall-plejers. Il-partita bejn Lens u Lille f’rebħa għal Lens bl-iskor ta’ 1-0, bil-gowl ikun skorjat fl-74 minuta permezz ta’ Przemyslaw Frankowski.