Lokali

Bernard Grech jindirizza l-attività politka fi tmiem il-festi tal-Indipendenza

Programm speċjali fuq Net Television

Illejla fuq il-fosos tal-Floriana jilħqu l-qofol tagħhom l-attivitajiet organizzati mill-Partit Nazzjonalista, bid-diskors tant mistenni mill-Kap tal-Oppożizzjoni u Kap tal-PN Bernard Grech.

L-attività tal-lejla bdiet fis-7pm, u eżatt qabel Net Television wassal programm speċjali bis-sehem ta’ diversi mistidnin.

l-attività fuq il-fosos qed ssir b’konformità mar-restrizzjonijiet tal-COVID-19.

Pajjiżna din is-sena qed ifakkar is-57 sena mill-kisba tal-Indipendenza, u l-PN ilu xahar sħiħ għaddej b’attivitajiet f’diversi lokalitajiet f’Malta u Għawdex sabiex iwassal il-messaġġ tiegħu ‘Kun il-Bidla’ – li hija wkoll it-tema tal-festi tal-Indipendeza għal din is-sena.