Lokali

COVID-19: Żewġ vittmi oħra

Fl-aħħar 24 siegħa kienu 22 il-każi ġodda ta’ Covid-19 irreġistrati f’pajjiżna.

Dan filwaqt li l-pazjenti rikoverati fl-Isptar Mater Dei u li huma pożittivi għall-virus baqgħu 22, bi 3 minnhom qed jingħataw il-kura fit-Taqsima tal-Kura Intensiva.

Fortunatament bejn is-Sibt u l-Ħadd fiequ 32 persuna, filwaqt li sfortunatament ġew irrapportati żewġ fatalitàjiet kawża tal-virus… mara ta’ 90 sena u raġel ta’ 99 sena… bil-vittmi jammontaw għal 455.

Għaldaqstant il-każi attivi issa qed jammontaw għal 574.