Lokali

Il-Malta Police Union b’tilwima industrijali kontra l-Kummissarju tal-Pulizija

Il-Kumitat Eżekuttiv illum irreġistra tilwima kontra l – Kummissarju tal-Pulizija rigward ta’ dmirijiet addizzjonali, li jiġu imposti fuq membri tal-Korp tal-Pulizija, li ma jappartjenux lill-Korp tal-Pulizija ta’ Malta.

Dan wara li membri tal-Korp waqt li jkunu xogħol fl-Għassa tal-Pulizija, qed jirċievu talbiet għal għajnuna minn Transport Malta u uffiċjali tal-L.E.S.A.

Eżempju huwa is-6 ta ‘Settembru 2021 fejn f’dak il – jum, TM ippretenda li l-membri tal-MPU jċemplu lis-sidien ta’ 53 vettura.

L-Union mhux kontra li tassisti lil Transport Malta, L.E.S.A, Kunsilli lokali jew entitajiet oħra iżda b’raġuni u bi proporzjonalita.