Fl-aħħar jiem kien ippubblikat il-programm ta’ Spazju Kreattiv għall-istaġun li ġej; programm li se jkun qed jagħti tama lis-settur kreattiv fiż-żmien li ġej, meta l-pandemija għadha fostna.
Net News tkellem mad-direttur artistiku ta’ Spazju Kreattiv, Daniel Azzopardi, illi spjegalna aktar dwar x’se jkun hemm fl-iskeda artistika ta’ din is-sena.
“Din is-sena, l-istaġun huwa magħmul minn aktar minn 550 avveniment, 350 kollaboratur, 17-il forma kreattiva b’konsolidazzjoni ta’ sforzi li ġew stabbiliti kif ukoll impriżi ġodda”
Hu qalilna li din is-sena, ħasbu biex fil-kalendarju artistiku jkun hemm ħafna attivitajiet għall-familji, tfal u żgħażagħ…iżda se jkun hemm ukoll numru sabiħ ta’ attivitajiet għall-anzjani.
“Se jittellgħu avvenimenti għal anzjani għal aktar inklużjoni soċjali, firxa diversa ta’ avvenimenti biex il-familji u t-tfal igawdu flimkien, fejn hu possibbli se mmorru anki fid-djar tal-anzjani u f’faċilitajiet oħra biex dak il-wirja kulturali tasal ukoll għandhom”
Fost l-attivitajiet fi Spazju Kreattiv se jkun hemm wirjiet tal-arti, xogħol għaċ-ċinema u anki kunċerti…. li żgur se jolqtu lil dawk kollha li għandhom għal qalbhom il-kultura Maltija.
//= $special ?>