L-Island Car Club Malta organizza t-tielet rawnd tat-Transport Malta England Insurance National Hillclimb Championship fil-Miżieb. Keith Camilleri temm il-ġurnata fl-ewwel post overall u kien segwit minn ħutu Kurt Camilleri u Fabio Camilleri.
Luigi Mifsud kien l-aktar sewwieq veloċi fil-Front Wheel Drive Car, filwaqt li Amadeo Dingli temm fl-ewwel post fir-Rear-Wheel-Drive-Car u Chris Aquilina kien l-aktar veloċi fil-Four Wheel Drive Car permezz tal-karozza Subaru Impreza.
Fil-kategorija ta’ aktar minn 60 sena, kien Joe Anastasti li kien l-aktar veloċi. L-Island Car Club u l-Malta Motor Sport Federation rringrazzjaw lil Protezzjoni Ċivili u lil Malta Red Cross għas-support tagħhom.
//= $special ?>