L-aħwa, Antonia u Victoria Schultheis temmew fit-tielet post fil-Kampjonati Ewropej fejn kisbu l-midalja tal-bronż. Dawn il-kampjonati Ewropej tal-Ibburdjar saru f’Thessaloniki fil-Greċja.
L-aħwa Schultheis kien wieħed mill-erba’ timijiet li ġġieldu għall-bronż hekk kif biss erba’ punti firdu liż-żewġ timijiet. L-ibbrudjara Pollakki Aleksandra Melzacka u Sandra Jankowiak kellhom l-aktar ċans li jaqbżu lill-atleti Maltin hekk kif temmew fir-raba’ post.
Victoria u Antonia Schultheis tilfu post minn fuq il-podju wara li temmew fir-raba’ post overall iżda temmew fit-tielet post fost it-timijiet Maltin. Din hija l-ewwel midalja fl-Ibburdjar għal Malta fil-klassi tal-Olimpjadi hekk kif, l-aħwa Schultheis kienu kisbu d-deheb, l-fidda u l-bronż, fil-Kampjonati tad-Dinja u tal-Ewropa fl-Optimist, 29er u fil-Wazp.
Dan kien suċċess impressjonanti għaż-żagħżagħ Maltin hekk kif iż-żewġ ibburdjara ta’ 20 u 18-il sena rnexxielhom jiksbu l-bronż fil-klassi Olympic class.
//= $special ?>