F’Katowice fil-Polonja, fil-finali tal-Kampjonat tal-Ewropa tal-irġiel tal-volleyball, l-Italja għelbu lill-Islovenja 3-2.
Wara 16 il-sena l-Italja mill-ġdid rebbieħa tal-Kampjonat u suċċess doppju wara li fil-ġranet li għaddet it-tim tan-nisa rebaħ wkoll il-Kampjonat tal-Ewropa tan-nisa. F’finali miftuħa għal kull riżultat kienu Slovenja li rebħu l-ewwel set 25 – 22.
Reazzjoni immedjata mill-Italja li rebħet it-tieni set 25 – 20 . Slovenja mill-ġdid fil-partita bir-rebħ tat-tielet set 25 – 20. Bl-Italja mill-ġdid fl-izvantaġġ wara li rebħu r-raba’ set 25 – 20, il-finali marret għas-set finali u deċiżiv.
Italja rebħet 15 – 11 u ġustifikati ċ-ċelebrazzjonijiet mal-preżenti tat-trofew u suċċess wara 16 il-sena.
//= $special ?>