Ekonomija Lokali

Ma jweġibx dwar il-pagi tal-ħaddiema Maltin

Il-pressjoni fuq il-Gvern Laburista minħabba l-għoli tal-ħajja kompliet tikber, bil-Ministri tal-Labour jibqgħu jaħarbu milli jwieġbu mistoqsijiet diretti dwar il-karba tal-poplu Malti u Għawdxi. Din id-darba kien imiss il-Minisru Owen Bonnici li għal mistoqsija dwar jekk il-karba tal-poplu hux ġustifikata, għażel li jsemmi ċ-ċifri tal-inflazzjoni.

Kien għalhekk li spjegajna lill-Ministru li l-Maltin u l-Għawdxin qed iħossu l-għoli tal-ħajja iktar minn ċittadini ta’ pajjiżi oħrajn għaliex il-pagi tagħna qed jibqgħu fejn huma, xi ħaġa li qed tiffrustra lil ħafna Maltin iżda jidher li mhi tinkwieta xejn lil Owen Bonnici. Tweġiba oħra minn esponent tal-Gvern Laburista li turi li l-Partit Laburista mhux inkwetat bis-sitwazzjoni tal-pagi baxxi u ż-żieda kontiwa fil-prezz ta’ diversi prodotti essenzjali.

Intant, mistoqsi jekk hux qed ikun affetwat mill-għoli tal-ħajja, il-Ministru, mingħajr ma’ wieġeb, reġa’ qabbel lill-Maltin u l-Għawdxin ma’ persuni li jgħixu f’pajjiżi oħrajn.