Lokali

Ma saritx konsultazzjoni dwar il-ftuħ tal-ispiżeriji l-Ħadd waranofsinhar

Wara rapporti li l-ispiżeriji ser jibdlu s-sistema sabiex jibdew jiftħu wkoll il-Ħadd waranofsinhar, il-Kamra tal-Kummerċ, l-Intrapriża u l-Industrija ta’ Malta saħqet li ma ġietx avviċinata dwar din il-kwistjoni.

L-aħħar korrispondenza li l-Kamra kellha dwar il-kwistjoni tmur lura għal Frar 2020 u tikkonsisti fi proposta li tipprovdi għall-infurzar ta’ roster għall-ispiżeriji li jinfetħu nhar ta’ Ħadd u Festi Pubbliċi, u biex is-servizz ikun estiż għal ġurnata sħiħa.

Iżda humwa saħqu li minn dakinhar ma waslet l-ebda komunikazzjoni oħra dwar din il-proposta.

Il-Kamra, tħeġġeġ lill-awtoritajiet rilevanti biex jikkonsultaw mal-partijiet interessati rilevanti qabel ma jipproċedu bl-implimentazzjoni.